Anke l-Ministru taż-Żgħażagħ Clifton Grima ma jridx jgħid kemm huma s-sewwieqa żgħażagħ illi applikaw għall-iskema tal-€25,000 biex jirritornaw lura l-liċenzja tagħhom tas-sewqan.
Tant li prova jaħrab mid-domandi li saru minn Net News, u bagħtna għand il-Ministru tat-Trasport Chris Bonett; liema Ministru ilu ġimgħat jiddevja b’kull mezz possibli minn din il-mistoqsija.
Din l-iskema kellha toffri lil-persuna li tkun applikat €5,000 fis-sena biex tirrinunzja l-liċenzja tas-sewqan għal ħames snin.
U s’issa il-Ministri tal-Gvern ripetutament naqsu milli jgħidu preċiżament kemm-il persuna applikat għal din l-iskema – kemm meta mistoqsija mill-ġurnalisti kif ukoll meta saru domandi Parlamentari.
Din l-iskema, skont il-Gvern, suppost kellha tibda ssolvi l-problema tat-traffiku f’pajjiżna. Problema li hija fost l-aktar li qed taffetwa l-kwalità tal-ħajja kif kien stabilit minn survey li sar fl-aħħar jiem u li wera kif t-traffiku kien fost l-aktar fatturi li qed jaffetwa ħażin lin-nies.
Dan filwaqt li minn rapport ieħor ippublikat fuq is-sit TomTom din is-sena, il-Gvern Malti ħalla lil pajjiżna bħala t-tieni l-aktar pajjiż traffikuż fid-dinja.
//= $special ?>
