Fi kliem Robert Abela, huwa inutli li twiegħed tnaqqis fil-VAT jekk ma tarax dimensjoni akbar. Iżda fl-istess nifs, qed jgħid li qed jiddiskuti mal-ACE il-possibbiltà ta’ dan it-tnaqqis.
Waqt il-konferenza ta’ dalgħodu fil-Marsa, Robert Abela deher li għamel u-turn dwar dan is-suġġett. U issa qed jgħid li qed jiddiskuti t-tnaqqis fil-VAT għar-ristoranti – iżda d-diskussjonijiet qed jieħdu fit-tul.
Intant, wara l-attakk tal-Ministru Cyde Caruana fuq dawn in-negozji, issa Robert Abela qed jgħid li l-operaturi tar-ristoranti huma onesti. Għalkemm qed jibqa’ jistqarr illi huwa intuli li jiġi imwiegħed tnaqqis fir-rata tal-VAT.
//= $special ?>

