Futbol Sport

Gowls ta’ Thill u Olesen jagħtu sfida diffiċli lil Malta qabel il-partita ta’ ritorn fil-Lussemburgu

Ritratt: Catriel Farrugia

MALTA …………………… 0

LUSSEMBURGU ….. 2

MALTA: H.Bonello, R.Camenzuli, K.Shaw, M.Guillaumier, T.Teuma, I.Cardona, E.Pepe, I.Chouaref, Z.Muscat, A.Satariano

LUSSEMBURGU: A.Moris, S.korac, F.Bohnert, C.Martins, A.Dardari, D.Sinani, D.Carlson, V.Thill, L.Barreiro, M.Olesen

Referee: I.Peljto

Assistenti Referees: S.Ibrismbegovic, D.Beljo

Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta Qali telfa diżappuntanti ta’ 2-0 għal Maltin biex isse se jmorru għat-tieni leg fil-Lussemburgu b’ żewġ gowls minn taħt.

L-ewwel minuti tal-partita kienu kwieti biż-żewġ timijiet jistudjaw lil xulxin u jżommu kompatti, fejn ma riedux jirriskjaw li jsofru l-ewwel gowl. L-ewwel azzjoni perikoluża ghal-Lussemburgu fil-25 minuta meta kien Daniel Sinani li għadda tajjeb u l-konklużjoni mil-lemin għaddiet barra mil-lasti ta’ Henry Bonello.

Mat-28 minuta logħob azzjoni maħduma tajjeb mill-Maltin, kien Teddy Teuma li sab lil Irvin Cardona li qata’ ballun għat-tieni lasta bil-konklużjoni ta’ Matthew Guillaumier madanakollu tkun fqira f’idejn il-goalkeeper.

Lejn tmiem l-ewwel taqsima ċans tad-deheb għat-tim Malti meta minn pass mil-lemin ta’ Paul Mbong kien Irvin Cardona li xeħet barra. Minuta wara Malta mill-ġdid perikolużi meta minn pass insidjuż kien Ilyas Choaref li ra l-cross tiegħu devjat mal-lasta, bl-ewwel taqsima tintemm mingħajar gowls.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima l-Lussemburgu marru fil-vantaġġ meta minn cross mix-xellug ta’ Florian Bohnert kien Vincetn Thill li waħdu fil-kaxxa ikkonkluda wara Henry Bonello għal 1-0.

Bil-Lussemburgu jirnexxielhom jikkontrollaw il-kumplament tal-partita il-Maltin naqqsu milli jkunu perikolużi, biex fil-ħin mogħti żejjed kien Mathias Olesen li rdoppja għal Lussemburgu u għamel il-missjoni tal-Maltin fil-Lussemburgu aktar diffiċli.