Id-dħul tal-VAT għall-Gvern minn stabbilimenti tal-ikel li jintaxxaw is-servizzi tagħhom bir-rata ta’ 18% VAT fl-2025 kien jammonta għal madwar €234.2 miljun.
Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru Clyde Caruana meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg dan l-aħħar wiegħed li se jkun qed inaqqas din it-taxxa għal 7%, fl-ewwel mitt jum tiegħu bħala Prim Ministru ġdid ta’ pajjiżna.
Il-Ministru tal-Finanzi qal ukoll fil-Parlament li jekk ir-rata tinżel għal 7%, il-Gvern isofri tnaqqis fid-dħul mill-VAT ta’ €143.1 miljun.
Aktar kmieni dan ix-xahar l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering qablet malr-proposta ta’ Alex Borg u laqgħet b’mod tajjeb ħafna l-proposta tal-Partit Nazzjonalista – li l-VAT għar-ristoranti u l-kiosks tinżel minn 18% għal 7%.
Il-Ministru tal-Finanzi ddikjara li ma jaqbilx li titnaqqas din it-taxxa.
L-Assocjazzjoni spjegat li din il-proposta hi waħda li se ssarraf f’sostenn għall-istabbilimenti tal-catering u li ilhom għal dawn l-aħħar ħames snin jappellaw lill-Gvern biex jieħu azzjoni.
L-ACE stiednet ukoll lill-Partit Nazzjonalista sabiex jiltaqa’ u jiddiskuti l-aħjar mod kif din il-proposta ssir fl-ewwel mitt jum ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista.st
//= $special ?>

