Fuq l-għatba ta’ elezzjoni ġenerali, il-klikka ta’ Joseph Muscat qed tinsisti li l-Labour għandu bżonn mod ġdid ta’ kif jaħseb. B’sorsi jikkonfermaw ma’ Net News li minn ġewwa – inkluż fost il-ġurnalisti – hemm min mhu kuntent b’xejn bil-mod kif qed tmexxi Norma Saliba, li għandha f’idejha l-komunikazzjoni.
L-ewwel “froġa”, dejjem skont l-istess sorsi, saret meta tnieda l-podcast tal-Labour fuq sieq ħażina. Tant li mill-Kamra tal-Aħbarijiet spiċċaw qalbu ta’ taħt fuq l-intervista li ta John Bundy lill-istess podcast.
Imbagħad, ilbieraħ, kellek il-kritika qawwija ġejja minn Neville Gafà li wera kif il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras lanqas kien kapaċi jtella’ aktar minn 100 view fuq Facebook. Fil-fatt, skont screenshot li tefa’ Gafà stess, il-President tal-PL kellu biss 15-il view.
Jidher ċar li l-klikka estremista tal-Labour mhix kuntenta bil-mod kif qed isiru l-affarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. U hemm pressjoni kbira sabiex jiddaħħlu ideat ġodda, u mhux jibqgħu ankrati ma’ strateġiji li mhux iħallu riżultati.
Fuq kollox, din il-kirtika fl-apert tikkonferma l-qasma li għadu qed jesperjenza l-Labour, u l-problemi interni kbar li Robert Abela baqa’ qatt ma solva.
//= $special ?>

