Il-Gvern Laburista ma weġibx fil-Parlament mistoqsijiet ċari u direttii dwar il-kuntratt tal-isptarijiet li saru lill-Ministru għall-Finanzi li ddikjara li ma jweġibx hu dwar il-kuntratt tal-isptarijiet.
Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, li bis-saħħa ta’ kawża fil-Qorti reġa’ ngħataw tliet sptarijiet pubbliċi lill-poplu għalkemm xorta nsteraq u kien iddikjarat mill-Qort li l-kuntratt dwar l-isptarijiet hu null u frawdolenti, staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jindika jekk ġewx preżentati kontijiet jew pretensjonijiet ta’ ħlas minn xi kumpaniji lokali wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet.
Staqsa wkoll lill-Ministru għall-Finanzi jindika jekk hemmx tilwim legali jew arbitraġġ pendenti bejn il-Gvern u xi kumpaniji lokali dwar ħlasijiet relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet.
Staqsa lill-Ministru għall-Finanzi f’mistoqsija oħra biex jindika wkoll jekk il-Ministeru għandux stima ta’ kemm jista’ jkun il-valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet.
Staqsa wkoll lill-Ministru għall-Finanzi jekk sarux ħlasijiet jew ftehimiet ta’ kompromess ma’ xi kumpaniji lokali biex jiġu ssodisfati talbiet ta’ ħlas fil-kuntratt tal-isptarijiet.
Mistoqsija oħra lill-Ministru għall-Finanzi biex jindika jekk hemmx xi kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas jew li ċaħdu ħlasijiet bħala parti minn ftehim jew arranġament finanzjarju fil-kuntratt tal-isptarijiet.
Mistoqsija oħra saret biex il-Ministru tal-Finanzi jindika jekk il-Gvern għandux obbligi pendenti ta’ pagamenti taħt xi sub-kuntratti ma’ kumpaniji Maltin li kienu qed jaħdmu taħt il-kuntratt ewlieni tal-isptarijiet.
Għal dawn il-mistoqsijiet fil-Parlament, il-Ministru għall-Finanzi ma qal xejn ħlief biex jirreferi l-mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
//= $special ?>

