Lokali Parlament

Il-Pjazza tal-Imqabba għadha magħluqa

Il-Pjazza tal-Imqabba għadha magħluqa u ilha hekk mill-bidu tas-sena. Issa hu ppjanat li x-xogħlijiet li qed iasiru għal darb’oħra f’din il-pjazza jitlestew sal-aħħar ta’ April. Dan ikun ifisser li l-Pjazza tal-Imqabba tkun ilha magħluqa għal erba’ xhur.

Din il-pjazza ingħalqet wara li parti minnha għamlet jiem sħaħ magħluqa. Fil-bidu tas-sena bdew ix-xogħlijiet f’din iz-zona hekk kif għal darb’oħra reġa’ beda jisfronda l-pavimentar

Din mhux l-ewwel darba li kellha tingħalaq parti minn din il-pjazza hekk kif wara li ġiet inawgurata lura fl-2021, din il-pjazza baqgħet tingħalaq kull ftit xhur għaliex jibda jinqala’ l-pavimentar kaġun tal-inkompetenza fil-mod kif sar ix-xogħol oriġinarjament.

Li issa x-xogħlijiet se jitlestew sal-aħħar tax-xahar id-dieħel iddikjarah fil-Parlament il-Ministru Chris Bonett għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello.