Futbol Sport

L-Italja jżommu ħajjin t-tamiet tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa fuq l-Irlanda ta’ Fuq

Xi ftit tan-nifs għall-Italja hekk kif għelbu lill-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor ta’ 2-0. Huma fetħu l-iskor fis-56 minuta meta kien Sandro Tonali li minn tarf il-kaxxa b’xutt b’saħħtu kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Fit-80 minuta kien l-istess Tonali li din id-darba għadda lejn Moise Kean li kkonkluda wara Pierce Charles għal 2-0.

Rebħa minima għat-Turkija f’darhom kontra r-Rumanija bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-53 minuta meta Arda Guler sab lil Ferdi Kadioglu li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Rebħa kbira għad-Danimarka fuq il-Maċedonja ta’ Fuq bl-iskor ta’ 4-0. Mikkel Damsgaard poġġa’ lid-Daniżi fil-vantaġġ qbael kien Gustav Isaksen li rdoppja fit-58 mintua. L-istess Isaksen għamilhom 3-0 fid-59 minuta qabel kien il-plejer ta’ Arsenal Christian Norgaard li skorja r-raba’ gowl.

Rebħa missielta għal Polonja fuq l-Albanija bl-iskor ta’ 2-1. L-Albanija fil-vantaġġ fit-42 minuta minn Arber Hoxha b’Robert Lewandowski jikseb id-draw fit-63 minuta. Biex imbagħad kien Piotr Zielinski li fit-73 minuta poġġa’ lill-Polonja fil-vantaġġ u ta rebħa importanti lill-Pollakki.

Fi Spanja l-Iżvezja wkoll għaddew mal-aħħar tmienja b’rebħa ta’ 3-1 fuq l-Ukrajna. Protagonist għalihom l-attakkant ta’ Arsenal Viktor Gyokeres li skorja hat-trick bil-gowls jaslu fis-6, 51 u 73 minuta mill-ħdax-il metru. Il-gowl ta’ konsolazzjoni għall-Ukrajna kien skorjat minn Matvii Ponomarenko fid-90 minuta.

Il-partita bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Irlanda ntemmet fi draw ta’ 2-2 u kellha tmur għall-għoti tal-penalties, bir-Repubblika Ċeka joħorġu rebbieħa bi skor aggregate ta’ 6-5.

L-istess ġara fil-partita bejn Wales u l-Bosnia Herzegovina bil-partita tintemm 1-1 fejn fl-għoti tal-penalties kienu l-Bosnia li ħarġu rebbieħa bi skor aggregate ta’ 4-3.

Riżultati: Turkija v Rumanija 1-0, Repubblika Ċeka v Irlanda 2-2 (6-5) (Wara l-għoti tal-penalties), Danimarka v N.Maċedonja 4-0, Italja v Iralnda ta’ Fuq 2-0, Polonja v Albanija 2-1, Slovakkja v Kosovo 3-4, Ukrajna v Żvezja 1-3, Wales v B.Herzegovina 1-1 (3-4) (Wara l-għoti tal-penalties)