Lokali

Lejn il-ħatra ta’ żewġ Imħallfin ġodda

L-Uffiċċju tal-President ħabbar li wara sejħa pubblika, il-Maġistrati Claire Stafrace Zammit u Brigitte Sultana se jinħatru Imħallfin.

Għall-ħatra ta’ żewġ Imħallfin ġodda, il-Kumitat responsabbli mill-ħatriet qal li kellu quddiemu 21 espressjoni ta’ interess.

L-Uffiċċju tal-President qal li mir-rapporti li l-President Myriam Spiteri Debono rċeviet mis-Segretarju tal-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikatura, hi għażlet lill-Maġistarti Claire Stafrace Zammit u lil Bridgette Sultana biex iservu fil-Qrati Superjuri bħala Imħallfin.