Fuq il-post fejn seħħ il-qtil ta’ Anthony Agius u Dennis Mifsud fiz-zona tal-Kunċizzjoni, kien instab mobile miksi bid-demm.
Joseph Louis Xerri, speċjalista fil-forensika diġitali, xehed kif b’kollox nstabu tliet mobiles. Tnejn minnhom kienu Samsung, filwaqt li t-tielet wieħed kien burner phone.
Wieħed minnhom kien tant mgħarraq bid-demm li kellu bżonn jitnaddaf minn ġewwa biex seta’ jintuża.
Clara Pisano, l-esperta forensika, spjegat li fit-30 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet ġabret skrataċ tal-arma tan-nar u senter mill-vettura tal-akkużat. L-analiżi tagħha tat riżultati negattivi għal kwalunkwe marki tas-swaba’.
Il-qorti qed tistenna aktar informazzjoni qabel tkompli l-proċeduri. Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima…u l-każ ser jerġa’ jkompli fis-7 ta’ Mejju.
//= $special ?>

