Żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħal Tarxien, ingħata sentenza ta’ ħabs sospiża meta attakka turist wara inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ f’Marzu 2024 f’Ħal Luqa, meta turist Daniż, kien involut f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn missier l-akkużat. Wara li nqala’ argument, l-akkużat ta lil vitma daqqa ta’ ponn f’għajnejh li kkawżatlu ġrieħi gravi.
Fil-Qorti ntqal li ma kienx hemm biżżejjed provi biex juru li l-ġrieħi kienu permanenti, peress li l-vittma telaq minn Malta qabel sar eżami ieħor.
L-akkużat ammetta l-akkużi quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi. Il-Qorti kkunsidrat il-fedina penali tiegħu, li ma kinitx waħda serja, kif ukoll iċ-ċirkostanzi tal-każ.
Għaldaqstant, il-Maġistrat iddeċieda li ma kienx hemm bżonn piena ta’ ħabs effettiva, u minflok tah sentejn ħabs sospiżi għal perjodu ta’ erba’ snin.
//= $special ?>

