Lokali Temp

Tmiem il-ġimgħa mmarkat b’riħ qawwi

Minn dan tmiem il-ġimgħa jibdew jilħqu l-qofol tagħhom iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, u l-Uffiċċju Meteoroloġiku qiegħed iwassal tbassir dettaljat għall-jiem li ġejjin li mistennija jkunu kkaratterizzati minn riħ qawwi u ħalbiet tax-xita.

Hekk kif għada f’bosta rħula madwar Malta u Għawdex isiru diversi pellegrinaġġi devozzjonali f’jum it-Tifkira ta’ Marija Addolorata, it-temp mistenni jkun ikkaratterizzat minn riħ qawwi mill-Punent Majjistru. Ir-riħ mistenni jibda jitqawwa mil-lejla biex jilħaq Forza 7 sa filgħodu u jonqos waranofsinhar għal Forza 5 għal 6.

Ħalbiet tax-xita huma possibbli matul il-ġurnata kollha. Is-Sibt mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp simili, b’riħ ftit qawwi għal qawwi (Forza 5 għal 6) mill-Majjistral. Ir-riħ mistenni jitqawwa għal Forza 6 waranofsinhar u jerġa’ jonqos matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd.

It-temp jaf ikun aktar ħanin f’Jum Ħadd il-Palm, aħbar tajba għal dawk illokalitajiet madwar Malta u Għawdex li dakinhar jorganizzaw l-ewwel purċissjonijiet bil-vari tal-passjoni. Fil-fatt, għal nhar Ħadd il-Palm, it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab bir-riħ jibqa’ ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral (Forza
5-6).