Lokali Qorti

Żewġ persuni arrestati b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga

Investigazzjonijiet intensivi u sorveljanza bla waqfien b’rabta ma’ kull forma ta’ abbuż u attività llegali, wasslu biex matul il-jum tal-Erbgħa ġew arrestati żewġ persuni b’rabta ma’ allegat traffikar u pussess tad-droga.

Kienu għall-ħabta tas-sagħtejn nieqes kwart ta’ waranofsinhar, meta l-Pulizija
waqfu Citroen fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.


Fiha, kien hemm iż-zewg suspettati, Malti ta’ 38 sena residenti l-Imsida li kien qed isuq u Maltija ta’ 39 sena residenti San Ġwann.


Tfittxija li saret fil-karozza nstabu 31 qartas b’sustanza suspettata eroina li kieku nbiegħu lvalur kien jaqbeż l-€2,500, kif ukoll ma’ madwar €6,000 fi flus kontanti.


It-tfittxijiet komplew fir-residenza tal-arrestati fejn ġew issekwestrati għad ta’ oġġetti lussużi,
kif ukoll numru ta’ vetturi tal-istess żewġ persuni, fosthom Mercedes A Class u Audi Q5.


Ir-raġel u l-mara qed jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija għal aktar stħarriġ u mistenni jitressqu l-Qorti fil-jiem illi ġejjin akkużati bl-allegat traffikar u pussess ta’ droga kif ukoll ħasil tal-flus.