It-tanker Russu Arctic Metagaz li aktar kmieni dan ix-xahar kien spiċċa attakkat fil-Mediterran qed jinġibed minn numru ta’ bastimenti sabiex jittieħed ‘il barra mill-kosta Libjana. Dan huwa żvilupp importanti, hekk kif fil-bidu tal-ġimgħa kien qed jingħad li t-tanket se jiddaħħal f’port Libjan.
Fil-verità, l-awtoritajiet Libjani ħadu kontroll ta’ din is-sitwazzjoni speċifikament sabiex it-tanker ma jersaqx lejn il-kosta.
Dan apparti li kien hemm biża’ li l-Arctic Metagaz seta’ jolqot l-impjanti offshore li jisspulixxu l-enerġija mil-Libja lejn l-Italja.
Kienet il-Korporazzjoni taż-Żejt (NOC) tal-Libja illi kkonfermat li t-tanker għandu jittieħed lil hinn mill-kosta tagħhom.
//= $special ?>

