Fi tmiem l-2025, id-Dejn kollu tal-Gvern Ċentrali kien jgħodd €11.3 biljun, dan hekk kif meta wieħed iqabbel mas-sena preċedenti… f’temp ta’ 12-il xahar id-dejn żied b’aktar minn €892 miljun.
Dawn iċ-ċifri uffiċjali ħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika hekk kif ġie spjegat li matul l-2025, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra defiċit ta’ madwar €824 miljun – numri inkwetanti ferm hekk kif 6 snin ilu d-dejn tal-Gvern kien ta’ ftit aktar minn €5 biljuni. Biex issa aktar milli rdoppja. U l-famuż war chest kważi sfuma fix-xejn.
Statistika uffiċjali mill-NSO uriet li filwaqt li d-dħul żdied b’madwar €212-il miljun, iż-żieda fin-nefqa kienet ferm akbar minn dik tad-dħul b’aktar minn €603 miljun…dan ifisser li kien hemm bidla negattiva ta’ €391.2 miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern.
Ġie spjegat ukoll li l-imgħax fuq id-dejn pubbliku laħaq il-€296.6 miljun – żieda ta’ €35.2 miljun meta mqabbel mas-sena preċedenti.
L-akbar sorsi ta’ dħul għall-Gvern kien mill-income tax mis-sigurtà soċjali, u mill-VAT. Dan filwaqt li l-akbar nefqa qed tmur fuq programmi u inizjattivi kif ukoll salarji u pagi – ħafna minnhom flus li qed imorru għand persosns of trust, jew press conferences li jsiru b’ħafna pompa.
//= $special ?>

