Lokali Parlament

Il-Gvern ma tax it-toroq li saru mill-fond tas-€700 miljun f’Għawdex

Il-Gvern ma tax il-lista ta’ toroq li saru mill-fond tas-€700 miljun f’dawn l-aħħar seba’ snin f’Għawdex, maqsuma lokalità b’lokalità u lanqas ma qal kemm ġiet tiswa kull triq.

Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said talab lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista u l-informazzjoni mitluba.

Il-Ministru Clint Camilleri qal biss li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Chris Said staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq li saru mill-fond tas-€700 miljun f’dawn l-aħħar seba’ snin f’Għawdex, maqsuma lokalità b’lokalità, u jgħid ukoll kemm ġiet tiswa kull triq.