Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat li Francesco Taleb Ali, iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena li fl-aħħar jiem kien irrappurtat nieqes – m’għadux qed jiġi mfittex u nstab qawwi u sħiħ.
Il-Pulizija rringrazzjat lil kull min għaddielhom xi informazzjoni li għenithom sabiex isibu liż-żagħżugħ.


