Julian Galea, żagħżugħ li sa 3 snin ilu ma kienx jemmen fil-kapaċitajiet tiegħu, pparteċipa għall-ewwel darba fl-Ewwel edizzjoni tal-Caritas Run For Life – b’ġirja ta’ 5km – sabiex issa, Julian Galea, se jkun qed jagħmel 100km, eżatt bħal-lum xahar
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Caritas Community Centre, d-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt faħħar il-ġest tant sabiħ ta’ Julian Galea fejn permezz ta’ fondi li jinġabru jitkompla jissaħħaħ is-settur ta’ servizzi psiko-soċjali li Caritas twassal għand dawk l-aktar fil-bżonn mingħajr ħlas.
Servizzi ta’ gruppi ta’ sapport li jiltaqgħu kuljum fiċ-Ċentru fil-komunità fil-Ħamrun; servizzi għal romol u separati, servizzi ta’ saħħa mentali, fejn tidħol l-użura u anke grupp għall-persuni li jkollhom problemi ta’ emozzjonijiet diversi – flimkien ma’ servizzi ta’ counselling u social work.
Julian Galea flimkien mal-club Underdogs, ingħaqdu ma’ Caritas Malta – fejn minbarra l-fondi li se jinġabru, ser jkunu wkoll qed iħeġġu aktar persuni jagħmlu attivitajiet fiżiċi.
L-isfida ta’ Julian Galea se ssir f’Ta’ Qali, u tibda fis-2 ta’ filgħodu tas-26 ta’ April – u l-100km jitlesta għall-ħabta tal-4pm.
//= $special ?>

