Lokali Parlament

L-allegazzjonijiet ta’ moħqrija u negliġenza fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qed jiġu investigati

L-allegazzjonijiet ta’ moħqrija u negliġenza fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali bħalissa qed jiġu investigati.

Id-Deputat Nazzjonalista Janice Abela Chetcuti staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali; jgħid x’ser ikun qed jagħmel dwar il-moħqrija u n-negliġenza fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimal kif intqal mill-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, u jara li din l-investigazzjoni ssir bl-effiċjenza meħtieġa.

Il-Ministru Anton Refalo qal ukoll li  l-allegazzjonijiet ta’ moħqrija u negliġenza fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali bħalissa qed jiġu investigati. Il-Ministeru jistenna l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni u se jaġixxi kif xieraq skont il-konklużjonijiet tagħha.