Lokali Parlament

L-ispiża b’rabta mal-kumpens lil eks impjegati tal-Air Malta kienet s’issa ta’ aktar minn €27,000

L-ispiża legali minfuqa s’issa b’rabta mal-kumpens lil eks impjegati tal-Air Malta kienet ta’ €27,373.50.

Din in-nefqa kienet ikkonfermata fil-Parlament minn Clyde Caruana, il-Ministru għall-Finanzi; fi tweġiba li ta lid-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott li staqsa għaliex filwaqt li l-eks impjegati tal-Air Malta li kienu fuq bażi full-time ngħataw kumpens f’somma ta’ flus, fil-każ tal-eks impjegati li kienu fuq bażi part-time, il-Gvern interpona appell għas-sentenza tal-qorti fl-ewwel istanza. Staqsa wkoll dwar x’inhuma l-ispejjeż legali u ġudizzjarji li l-Gvern inkorra s’issa sabiex jikkontesta tali talba għal kumpens.

Il-Ministru għall-Finanzi qal ukoll li l-eliġibbiltà u l-kemm tal-iskemi kien maqbul mal-unions.

L-Air Malra waqfet topera fl-aħħar ta’ Marzu tal-2024.