Sport

Malta Seniors Cricket Festival

Fil-Marsa Sports Club ingħata bidu għas-sitt edizzjoni tal-Malta Seniors Cricket Festival meqjus bħala l-akbar festival ta’ cricket fl-istorja.

Dan l-avveniment li jaf il-bidu tiegħu fl-2018, kiber b’mod sostanti, issa li wasal fis-sitt edizzjoni u li huwa avveniment ewlieni fix-xena tal-cricket internazzjonali għal veterani.

Il-Malta Seniors Cricket Festival jintemm nhar il-Ħamis 2 ta’ April bil-parteċipazzjoni record ta’ disa’ timijiet minn madwar id-dinja Malta Seniors Cricket Festival – l-Australia Kangaroos, il-Canada Masters CA, l-Essex Eagles, l-Essex Seaxes, il-Kent, Norfolk & Suffolk, is-Surrey, is-Sussex, u l-Warwickshire.

Fl-istess waqt jinsabu Malta wħud mill-aqwa players fil-komunità tal-cricket fostom Devon Malcolm meqjus bħala l-aktar bowler veloċi għall-Ingilterra, il-kummentatur Henry Blofeld kif ukoll l-eks captain
tal-Ingilterra Chris Cowdrey li wkoll se jkun il-mistieden ewlieni fiċ-Ċerimonja ta’ Premjazzjoni.

Dan il-festival ta’ cricket huwa fattur ieħor importanti fir-reputazzjoni tal-cricket b’Malta bħala destinazzjoni fis-settur internazzjonali tal-isport.