Lokali Qorti

Persuna titressaq il-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

Il-Pulizija se tressaq Qorti persuna li ġiet arrestata b’rabta ma’ allegat traffikar u pussess tad-droga.

Din il-persuna se titressaq għall-ħabta tal-11:00 am quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

Il-Każ seħħ matul il-jum tal-Erbgħa, meta għall-ħabta ta’ 1:45 pm il-Pulizija waqqfu Citroen fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.

Fiha, kien hemm iż-zewg suspettati, Malti ta’ 38 sena residenti l-Imsida li kien qed isuq u Maltija ta’ 39 sena residenti San Ġwann.

Tfittxija li saret fil-karozza nstabu 31 qartas b’sustanza suspettata eroina li kieku nbiegħu lvalur kien jaqbeż l-€2,500, kif ukoll ma’ madwar €6,000 fi flus kontanti.

It-tfittxijiet komplew fir-residenza tal-arrestati fejn ġew issekwestrati għad ta’ oġġetti lussużi,
kif ukoll numru ta’ vetturi tal-istess żewġ persuni, fosthom Mercedes A Class u Audi Q5.