Fid-Dar Ċentrali tal-PN, bħalma jiġri f’ħafna postijiet tax-xogħol f’pajjiżna, saret quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum id-Duluri, immexxija minn Fr Mark Enriquez.
Preżenti għal din il-quddiesa kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, il-Vici Kap Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u d-diriġenti ta’ Net Television.
Apparti min hekk attendew ukoll l-impjegati tal-Partit Nazzjonalista u tal-kumpanija Media.Link Communications.
Din is-sena, kemm Net FM kif ukoll Net Television se jkunu qed iwasslu programmi speċjali marbutin mal-jiem tal-Ġimgħa Imqaddsa. U fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira se tixxandar il-purċissjoni tal-Birgu
//= $special ?>
