Lokali Qorti

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga fil-Ħamrun

Libjan ta’ 36 sena, twaqqaf mill-pulizija u minn tfittxija li saret fuqu, instabu 28 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika, flimkien ma’ ponn tal-ħadid u ammont ta’
flus kontanti.

Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tat-3:30 pm waqt li l-pulizija kienu fuq ronda fi Trejqet San Pietru, fil-Ħamrun u nnutaw persuna li kien allegatament qed jgħaddi pakkett b’sustanza suspettata droga lil persuna oħra.

Il-pulizija wettqet ukoll tfittxija fir-residenza tar-raġel fi Triq il-Farfett, il-Marsa, fejn
hemmhekk instabet iżjed droga sintetika, flimkien ma’ blokki ta’ sustanza suspettata reżina
tal-kannabis u oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga. Ir-raġel se jitressaq il-Qorti l-Ġimgħa għall-ħabta ta’ 12:00 pm, quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.