David Esteban Penagos, Kolumbjan ta’ 28 sena, ġie kkundannat sena ħabs wara li ammetta li aggredixxa erba’ uffiċjali tal-pulizija u weġġa’ u kkawża grieħi ta’ natura ħfief fuq tnejn minn dawn waqt inċident li seħħ f’Ħal Qormi.
Fil-Qorti nstema’ kif Penagos, li jaħdem bħala storekeeper u jgħix f’Ħal Qormi stess, kien fis-sakra meta beda jġib ruħu b’mod aggressiv mal-imgħallem tiegħu. Is-sitwazzjoni eskalat meta fuq il-post intervjeniet il-pulizija u l-imputat dar kontra l-uffiċjali u attakkahom.
Fil-Qorti, Penagos ammetta wkoll li kien fil-pussess ta’ liċenzja tas-sewqan falza.Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, li ddeċidiet li tikkundannah għal sena priġunerija u timponi multa ta’ €6,100.L-imputat kien assistit mill-Avukat tal-għajnuna legali Francois Dalli u l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi James Mallia u Roderick Attard.
//= $special ?>

