Internazzjonali

Spanja: Kontroversja dwar każ ta’ ewtanasja li dam sospiż għal xhur

Il-mewta, bl-ewtanasja, ta’ mara Spanjola ta’ 25 sena qajjmet dibattitu jaħraq dwar ir-responsabbiltà tal-Istat u l-fatt li kellu jgħaddi ħafna żmien biex ix-xewqa tagħha tkun implimentata wara battalja legali fit-tul bejnha u missierha.

Noelia Castillo, li spiċċat parapleġika wara li kienet ippruvat tneħħi ħajjitha fl-2022, mietet fi sptar ta’ Barċellona matul il-lejl tal-Ħamis.

Il-Gvern Katalan, fl-2024, kien ta permess għall-mewta assistita ta’ din il-mara, iżda l-proċess spiċċa sospiż fuq l-argumenti legali mressqa minn missierha, bl-appoġġ ta’ grupp għall-Avukati Kristjani influwenti.

Il-każ ta’ Noelia Castillo ingħata attenzjoni kbira fi Spanja bl-imsemmi grupp — Abogados Cristianos – jipprova jwaqqaf l-ewtanasja sal-aħħar minuta u wara l-battalja legali li damet għal18-il xahar.