Wara t-testijiet mediċi ta’ llum u wara li għadda minn MRI, it-tim tekniku tat-tim nazzjonali Malti ġie infurmat li Teddy Teuma se jkun barra mill-azzjoni għal minimu ta’ erba’ ġimgħat minħabba injury fil-pexxun.
Dan ifisser li l-internazzjonali Malti ta’ 33 sena mhux se jkun jista’ jilgħab fit-tieni leg kontra l-Lussemburgu nhar it-Tlieta li ġej.
Teuma kellu jiġi sostitwit waqt l-ewwel leg ta’ lbieraħ kontra l-Lussemburgu, għaxar minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, u minnufih deher li l-injury tiegħu kienet serja.
Issa nistgħu nikkonfermaw b’mod esklussiv li l-playmaker ta’ Standard Liège se jkollu bżonn mill-inqas xahar ta’ rkupru.
Matul il-konferenza stampa ta’ wara l-partita ta’ lbieraħ, Emilio De Leo qal li kien għadu kmieni wisq biex jikkummenta dwar l-injury ta’ Teuma, iżda esprima d-dubji tiegħu li l-midfielder ikun jista’ jirkupra fil-ħin għall-partita tat-Tlieta.
//= $special ?>

