Lokali

Żgħażugħ Indjan ta’ 18-il sena għadu qed jiġi mfittex wara li għeb għal jiem sħaħ

Il-kuġin ta’ student ta’ 18-il sena mill-Indja – li ilu nieqes milll-ġimgħa l-oħra – wasal f’Malta biex jgħin fit-tfittxija ta’ Vishav.

Vishav jattendi fl-Istitut edukattiv La Vallette f’Ta’ Xbiex. Iż-żgħażugħ huwa minn Barara, fil-Indja – u għadu mitluf minn nhar l-Erbgħa li għadda.

Filwaqt li l-pulizija għadhom ma ħarġux rapport ta’ persuna nieqsa, sorsi fil-midja qaluli qed isir investigazzjoni dwar kif għeb dan iż-żgħażugħ.

Intant il-General Workers Union qed tappoġġa wkoll l-isforzi sabiex jinstab Vishav – filwaqt li saħqet wkoll li l-Union tinsab preokkupata mmens bl-għejbien tiegħu.

Mal-ġurnal Times of Malta tkellem il-kuġin taż-żgħażugħ u qal li l-familja tinsab inkwetata immens. Apparti appella sabiex min ikollu xi informazzjoni dwar iż-żgħażugħ jinforma lill-pulizija.