Internazzjonali

Il-Yemen jattakka lill-Iżrael għall-ewwel darba

Il-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael qalu li identifikaw missila li kienet mibgħuta mill-Yemen, u li żewġ suldati sfaw maqtula fin-naħa t’isfel tal-Libanu.

Dan wara li kelliem tal-Houthis fil-Yemen qal li dawn kienu se jinvolvu ruħhom fil-gwerra jekk l-Iran ikompli jattakka lil pajjiżhom. Ftit tal-mumenti wara, il-Houthis ikkonfermaw li kienu huma li attakkaw lil Iżrael għall-ewwel darba, b’ritaljazzjoni għall-attakki li Iżrael wettaq fuq l-Iran, il-Libanu, l-Iraq u l-Palestina.

Steve Witkoff, il-mibgħut speċjali ta’ Donald Trump, stqarr li l-Istati Uniti qed tittama li din il-ġimgħa stess jiltaqgħu mal-Iran, u li Washington qed tistenna risposta dwar il-qbil ibbażat fuq 15-il punt.

Minn naħa l-oħra, ħames persuni sfaw midruba wara li missila balistika kienet interċettata f’Abu Dhabi mill-Emirati Għarab Magħquda.