L-eks Prim Ministru tan-Nepal, KP Sharma Oli, ttieħed l-isptar warali kien arrestat fuq allegatament involviment f’kampanja fatali kontra l-protesti tas-sena li għaddiet. Hu ttieħed fi klinika f’Kathmandu, war ali kien arrestat kmieni filgħodu s-Sibt stess.
Fil-protesta li seħħet f’Settembru tas-sena li għaddiet iktar minn 70 persuna, li fil-maġġoranza tagħhom kienu qed jipprotestaw kienu nqatlu b’tiri mill-pulizija.
Huma kienu qed jipprotestaw kontra projbizzjoni fuq il-media soċjali, però li kienet ukoll kontra l-korruzzjoni u l-qagħda ekonomika tal-pajjiż.
L-Eks Ministru tal-Intern Ramesh Lekhak ta’ 62 sena ukoll kien arrestat is-Sibt, biex flimkien mal-Eks Prim Ministru ta’ 74 sena jkunu imħarka fuq negliġenza kriminali.
Intant, l-arrest sar jum biss wara li Balen Shash, kantant rapper ta’ 35 sena ħa l-ġurament ta’ Prim Ministru għan-Nepal.
//= $special ?>

