Il-leġenda tal-golf, Tiger Woods, ingħata il-ħelsien mill-arrest wara li kien arrestat ftit siegħat qabel fuq akkużi ta’ sewqan taħt l-influwenza fi Florida.
Ix-xeriff ta’ Martin County qal li Woods kien akkużat ukoll bi ħsarat fuq proprjetà privata u b’akkużi li rrifjuta li jagħmel test.
Tiger Woods, li rebaħ il-kampjonat tal-golf 15-il darba u għandu 50 sena, inqaleb bil-Land Rover tiegħu wara li laqat trakk f’Jupiter Island il-Ġimgħa waranofsinhar.
Ix-Xeriff John Budensiek qal li l-uffiċjali ma ssuspettawx li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol iżda possibbilment ta’ sustanza mhux magħrufa. Wara li ħareġ mil-Land Rover, Woods għadda mit-test tal-breathalyzer iżda rrifjuta li jagħmel it-test tal-urina.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Hu nżamm arrestat għal tmien sigħat biss, li huwa l-minimu li tippermetti l-liġi.
L-uffiċjali qe jgħidu li kollox jindika li l-inċident seħħ wara li Woods, ta’ 50 sena, ippruva jaqbeż trakk li kien qed inaddaf it-toroq b’veloċità eċċessiva.
//= $special ?>

