Internazzjonali

Fl-Istati Uniti: Eluf jipprotestaw kontra Donald Trump

Madwar l-Istati Uniti seħħew protesti kbar kontra l-President Amerikan, Donald Trump bħala parti mid-dimostrazzjonijiet – ‘ No Kings Rallies.

Il-Protesti saru f’bliet kbar fosthom New York City, Washington DC, u Los Angeles, b’eluf ta’ nies li protestaw jgħidu li jopponu politiki tal-gvern li jinkludu infurzar tal-immigrazzjoni, il-gwerra fl-Iran, u t-tkabbir tal-ispejjeż tal-ħajja.F’Minnesota, dimostranti wkoll inġabru wara l-mewt ta’ żewġ ċivili aktar kmieni din is-sena – xi ħaġa li qajmet rabja nazzjonali.

L-organizzaturi ddeskrivew l-moviment bħala difiża tad-demokrazija, u akkużaw lil Trump li qed jaġixxi bħala mexxej b’wisq poter.

Protesti saru wkoll internazzjonalment, b’ċittadini Amerikani jiltaqgħu f’ibliet bħal Pariġi u Londra.