Żagħżugħ ta’ 27 sena residenti l-Imsida li kien qed isuq mutur tal-għamla SYM Symphony kien involut f’ħabta ma’ karozza Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 37 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.
L-inċidet seħħ għall-ħabta tal-5:00 pm, fi Triq il-Wied, l-Imsida.
Fil-post issejħu l-pulizija sabiex jassistu flimkien ma’ ambulanza li ħadet li ż-żewġ persuni l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza media, hekk kif minn stħarriġ preliminari irriżulta li kienu sofrew xi ġrieħi. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

