Lokali

Ħabta bejn mutur u karozza f’Wied il-Għajn

Tlett persuni sofrew xi ġrieħi wara li kienu nvoluti f’ħabta bejn karozza u mutur f’Marsaskala

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 am fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija sabiex jassistu u minn stħarriġ preliminara irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Mitsubishi Pajero misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena u mutur tal-għamla Honda misjuq minn raġel ta’ 54 u li miegħu kien hemm passiġġiera mara ta’ 48 sena – it-tnejn li huma minn Marsaskala.

Aktar tard it-tliet persuni involuti f’dan l-inċident ittieħdu l-isptar Mater Dei, b’ambulanza għal aktar assistenza medika wara li sofrew xi ġrieħi.

L-invesigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.