Lokali

AĠĠORNATA: Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza

Żagħżugħ ta’ 27 sena residenti l-Imsida weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza.

Iż-żagħżugħ li kien qed isuq mutur tal-għamla SYM Symphony kien involut f’ħabta ma’ karozza Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 37 sena li jgħix San Pawl il-Baħar.

L-inċidet seħħ għall-ħabta tal-5pm tal-Ħadd waranofsinhar, fi Triq il-Wied, l-Imsida.

Fil-post issejħu l-pulizija sabiex jassistu flimkien ma’ ambulanza li ħadet li ż-żewġ persuni l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza media, hekk kif minn stħarriġ preliminari irriżulta li kienu sofrew xi ġrieħi. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.