Internazzjonali

Il-Houthi jattakkaw għat-tieni darba lil Iżrael

Il-grupp ribelli tal-Houthis habbru li għamlu t-tieni attakk tagħhom fuq l-Iżrael il-bieraħ bil-lejl.

Yahya Saree, il-kelliem għall-Forzi Armati tal-Yemen, stqar li l-grupp tefa’ baraxx ta’ missili u drones li ttargettjaw bosta siti militari vitali f’Israel.

Hu qal li l-attakki jikkoinċidu mal-operazzjonijiet militari tal-Iran u tal-Hezbollah u li l-objettivi tagħhom seħħew b’suċċess, u żied li se jkun hemm aktar attakki fil-jiem li ġejjien – “sakemm l-għadu kriminali jieqaf bl-attakki u l-aggressjoni tiegħu.

Dan l-attakk seħħ biss ftit siegħat wara li l-Houthis għamlu l-ewwel attakk tagħhom fuq Israel minn meta bdiet il-gwerra tal-Istati Uniti u l-Israel fuq l-Iran.