F’Malta, din il-ġurnata ta’ Ħadd il-Palm tiġi ċċelebrata b’funzjonijiet f’knejjes madwar il-gżejjer kollha.
Fiċ-ċelebrazzjoni liturġika, flok omelija tradizzjonali, isir il-qari tal-Passjoni. U t-tberik tal-palm li jsir f’din il-ġurnata għandu tifsira simbolika qawwija: jagħti ġieħ lill-memorja tal-folol li laqgħu lil Kristu f’Ġerusalemm – iżda wkoll iservi bħala tfakkira li dawk l-istess folol ftit wara talbu għas-salib..
Storikament, iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm tmur lura għall-bidu tas-seklu 4 f’Ġerusalemm, fejn kienet issir proċessjoni b’tberik tal-palmi u kant ta’ salmi.
Fis-seklu 9, din il-festa daħlet ukoll fil-Punent, u matul il-Medju Evu kienet tikber f’ċerimonji iktar kbar u kumplessi.
//= $special ?>

