Internazzjonali Lokali

Insterqu 413,793 ċikkulati KitKat

Il-kumpannija Nestle’ qalet li 12 il-tunnellata – jew aħjar 413,793 ċukkulati KitKat insterqu aktar kmieni din il-ġimgħa wara li ħallew il-post tal-produzzjoni fl-Italja għall-Polonja.

Il-kumpannija, li hija bbażata f’Vevey, fl-Iżvizzera, fi stqarrija li t-trakk biċ-ċikkulata għadu ma jistax jinstab imkien. Dan il-każ seħħ il-ġimgħa l-oħra meta l-merkanija suppost kellha tkun distribwita madwar l-Ewropa.

Il-probabbilita’ hi li ċ-ċikkulati jistgħu jidħlu fis-swieq Ewropej permezz ta’ swieq mhux uffiċjali. Madankollu jekk dan jiġri tassew, il-prodotti kollha jistgħu jiġu identifikati minħabba li kull ċikkulata għandha kodiċi unika.

Fi Stqarrija li ħarrġu il-KitKat qal li “filwaqt li napprezzaw il-gosti eċċenzjonali tal-kriminali, xorta jibqa’ l-fatt li s-serq ta’ merkanziji ta’ kull daqs qiegħed dejjem jiżdied.

“Aħna ddeċidejna li niżvelaw l-esperjenza tagħna pubblikament bit-tama li nqajjmu kuxjenza dwar tendenza kriminali li saret komuni.