“Gvern Nazzjonalista jagħti serħan il-moħħ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li f’pajjiżna jkun hawn ugwaljanza, opportunita ta’ xogħol għal kulħadd” u titnaqqas il-burokrazija.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg meta kien qed jiġi intervistat fuq il-programm ANALIŻI, b’rabta mal-istorja li ħarġet il-Malta Today dwar il-Malta Developers Association, li kellhom imorru lejn L-Unjoni Ewropea biex jiddefendu parti mid-drittijiet tagħhom
Huwa ddeskiva s-sitwazzjoni bħala waħda xokkanti li qed turi ittra li ntbgħatet mill-assoċċjazzjoni lill-kummissjoni Ewropea fuq skema lokali li ħarġet f’pajjiżna – suppost b’rabta mal-affordabilita ta’ pajjiżna.
B’rabta mac-Child Trust Fund, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, tenna li din il-proposta se tkun qed tindirizza sfidi reali li qed jaffaċċja pajjiżna – inkluż ir-rata baxxa tal-fertilita. Stqarr li permezz tac-ChildTrust Fund, Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħti 5,000 ewro lil kull wild. Fond li se jagħtihom lok biex meta jagħlqu t-18-il sena jkomplu jistudja, jibdew l-ewwel negozju jew saħansitra jinvestu fl-ewwel proprjeta tagħhom.Fi
Intant, b’reazzjoni għall-istħarriġ li għamlet il-Kamra tal-Kummerċ b’rabta mal-proposta tal-4 day week, fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg tenna li l-iskop tal-Partit Nazzjonalista kien li tinħoloq diskussjoni nazzjonali.
Alex Borg tkellem ukoll dwar il-proposta tal-Partit Nazzjonalista li l-vat fil-catering establishments jitnaqqas minn 18% għal 7%, Alex Borg u l-fatt li l-ACE iddikjarat ruħha favuriha. Il-Kap tal-PN tenna kif permezz ta’ din il-proposta se tkompli tiġi inċentivata l-ekonomija ta’ pajjiżna. Stqarr li hija ħasra kbira li kif il-PN ħareġ din il-proposta, il-Gvern tenna li 3,000 sid ta’ stabbiliment ta’ catering huma ftit.
Alex Borg tkellem ukoll dwar iż-żieda tal-għoli tal-ħajja u 2.5 miljun ewro dejn ġdid kuljum li laħħaq id-dejn rekord ta’ 11-il biljun – żewġ temi li qed jinkwetaw ferm lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
B’rabta mal-għoli tal-ħajja,Alex Borg tenna li l-Partit Nazzjonalista, ħareġ numru ta’ proposti sabiex jgħin lill-poplu Malti u Għawdxi jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu. U fakkar kif bħalissa qed jiġi ffinalizzat il-programm elettorali li verament imiss l-isfidi li jaffaċċjaw in-nies.
Finalment Alex Borg tkellem dwar it-trasport tal-massa u qal kif il-Partit Nazzjonalista għandu l-istudji kollha lesti biex meta jitla fil-Gvern jibda x-xogħol fuq is-sistema tat-trasport tal-massa u fl-ewwel ħames snin ta’ Gvern Nazzjonliasta, tiġi ffinalizzata l-ewwel linja tas-sistema.
//= $special ?>

