Florinel Nitu, Rumen ta’ 55 sena li jaħdem fil-kostruzzjoni baqa’ miżmum taħt arrest, wara li kien mixli li stupra mara f’appartament f’San Pawl il-Baħar . Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Minbarra l-akkuża ta’ stupru, kien akkużat ukoll li wettaq atti sesswali magħha, li darabha ħafif, li beżżagħha u li kiser sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati.
Il-Każ seħħ fis-27 ta’ April 2025 fl-appartament li jinsab fi Triq l-Alka. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat u l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċaħdet it-talba u ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-mara.
//= $special ?>

