Lokali

Raġel jittieħed l-Isptar wara li nqaleb bil-karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 56 sena residenti l-Belt Valletta kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li nqalbet il-vettura tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn tal-Ħadd waranofsinhar fil-Wied is-Sewda, f’Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post marru l-Pulizija u minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq kien qed karozza tat-tip Toyata Yaris.

Tim mediku wkoll issejjaħ fuq il-post u ambulanza ħadet s-sewwieq l-Isptar għall-aktar kura medika.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadom għaddejjin.