Tħabbret il-mewt ta’ Elio Lomabrdi, meqjus bħala ikona fis-settur tad-drama lokali.
L-awtur, direttur, kif ukoll attur tilef ħajtu fl-età ta’ 92 sena bl-aħbar tkun tasal mill-qraba tiegħu.
Apparti li kien ukoll pittur, stampatur u ħajjat, bosta huma dawk l-atturi li ħadmu f’xi film jew serje televiżiva taħt id-direzzjoni tiegħu.
Dan hekk kif huwa stmat li Elio Lombardi ħadem aktar minn 149 film. Fost il-films famużi kien hemm Ġorġ Preca il-Bniedem t’Alla, l-Imxajtan, id-Di u d-Do u l-Pupa ta’ Marsilja.
Il-missier ta’ 4 wlied kien twieled f’Tas-Sliema fil-5 ta’ Novembru tal-1933 u kien ilu involut fil-qasam tal-films sa mill-1981 u fl-2020 kien ingħata Ġieħ ir-Repubblika.
//= $special ?>

