Raġel ta’ 54 sena residenti l-Marsa u mara ta’ 53 residenti l-Marsa kellhom jittieħdu l-Isptar Mater wara li kienu nvoluti f’inċident f’Birżebbuġa.
Dan l-inċindet seħħ għall-ħabta tal-3 tal-Ħadd waranofsinhar fi Triq Dawret il-Qalb Mqaddsa, f’Birżebbuġa.
Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ inċident bil-karozza tat-tip Toyata Ractis misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Marsa, u miegħu kien hemm ukoll passieġier ta’ 53 sena residenti l-Marsa.
Tim mediku ukoll issejjaħ fuq il-post, fejn ħadu s-sewwieq u l-passiġier l-Isptar għall-aktar kura medika.
Skont kelliema tal-Pulizija, ir-raġel ma sofra ebda ġrieħi, filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara għadha pendenti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadom għaddejjin.
//= $special ?>

