Fl-aħħar intervista li kellha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said ma għamlet xejn ħlief li kompliet tinħebba wara l-investigazzjonijiet li għaddejjin – fosthom dwar il-każ tal-pantera u anke il-każ tal-għammieri.
Waqt il-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq Campus FM, Bugeja Said ikkonfermat li l-pantera li dehret f’Bormla għadha ma nstabitx; u li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Mhux hekk biss, iżda hi pruvat tiġġustifika dan il-fatt billi titfa it-tort fuq dawk il-persuni li ħadu il-video u tefgħuh fuq is-social media, hekk kif skont hi dawn iffixklu l-investigazzjoni. Bis-Segretarju Parlamentari tirrifjuta li twieġeb jekk instabx sid il-panteral b’sorsi li tkellmu ma’ Net News jgħidulna li l-pantera kienet inġabret minn sidha stess.
Inkwetanti wkoll il-fatt li s-Segretarju Parlamentri minflok qalet li se jsir investiment fit-taħriġ għal klieb b’saħħithom, indikat il-possibiltà li tidħol l-ewtanasja għall-klieb li jkunu aggressivi.
Intant, hi qalet li r-raġuni ewlenija għaliex Alison Bezzina tneħħiet minn Kummissarju għall-Ħarsien Xieraq għall-Annimali kienet it-tiġdid. Fejn qalet li dan l-irwol kellu jingħata lil xi ħadd legali li jagħmel liġijiet ġodda.
B’risposta għal dan, l-eks Kummissarju għamlet lista ta’ liġijiet li hi ħadmet fuqhom biex jinbidlu – liġijiet li kienu jidhru legalment impossibli fosthom, il-poter biex il-Qorti twaqqaf lil minn abbuża mill-annimali milli jibqa’ jrabbi, is-setgħa li l-kummissarju tal-annimali jidħol f’residenzi privati mingħajr ma jistenna 24 siegħa f’każ ta suspetti serji ta’ abbuż, li jiġu liċenzjati il-groomers u l-pet sitters, u li jieqaf il-petting fuq l-annimali slavaġġ sempliċiment għal ritratti.
Bis-Segretarju Parlametari ma twieġeb xejn fuq din tal-aħħar hekk kif evidenti li din għadha issir sallum-il ġurnata.
U meta kienet mistoqsija dwar is-sitwazzjoni fl-għammieri fejn iz-zona spiċċat iddeterjorat hija qalet li hemm investigazzjoni għaddejja; mingħajr ma wieġbet għafejn dan il-post li fih jinżammu l-klieb tħalla jiġi f’dan l-istat.
Fl-intervista, issemma’ l-isptar tal-Annimali li għadu magħluq, fejn qalet li qed torqod moħħha mistrieh hekk kif l-ebda annimal ma miet mindu infetħu l-clinics
Hi kkonfermat ukoll li qed issir qtil tal-annimali bil-metodu tal-halal. U li hi ma sib l-ebda problema dwar dan.
Il-qtil tal-ħalal issir billi l-animal jiddendel rasu ‘l isfel, jaqtgħulu rasu mingħajr ma joqtluh u jħallu l-dan l-annimal jiżvina. U d-dibattitu ewlieni huwa dwar jekk l-annimal ikunx illupjat jew le waqt dan l-att.
//= $special ?>

