Il-Ministru tal-Isport Clifton Grima ħareġ jattakka lis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg b’nuqqas ta’ ħsieb meta imbuttat sponsorship għan-nurseries ġej mill-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – każ ieħor li jikkonferma l-qasma li hemm fil-Gvern, u kif lanqas il-Ministri bejniethom mhuma jaqblu.
Kollox beda wara li ġie iffirmat ftehim bejn l-ARUC u n-nurseries tal-futbol f’pajjiżna.
Rebecca Buttigieg – il-persuna li taħtha taqa’ l-ARUC -kienet il-wiċċ ta’ dan il-ftehim.
Illum, meta mistoqsi dwar dan il-ftehim li ġab miegħu ħafna mistosqijiet, Clifton Grima ddikjara bla tlaqliq li sar b’nuqqas ta’ ħsieb.
Clifton Grima inista li kwalunkwe sustanza projbita, qatt ma tista’ tkun assoċjata mal-isport.
//= $special ?>

