Fil-ġranet li ġejjin se joħorġu l-istudji mill-PN dwar kif il-proġett tal-mass transport se jkun implimentat.
Din kienet il-wegħda ċara li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, il-Ħadd filgħodu waqt il-programm Analiżi, fejn wiegħed trasparenza assoluta f’dan il-proġett tant essenzjali għall-poplu Malti u Għawdxi.
Il-Partit Nazzjonalista ta kelma lill-poplu dwar dan il-proġett, u għandu l-istudji kollha lesti biex, kif jitla’ fil-Gvern, fl-ewwel mitt jum, Alex Borg bħala Prim Ministru jibda x-xogħol fuq il-mass transportation.
Fakkar li l-Gvern ta’ Robert Abela ilu mill-2013 iwiegħed li se jagħmel proġett ta’ mass transportation; u l-Prim Ministru għadu jistudja.
Alex Borg fakkar kif Abela, snin ilu, wiegħed li se jagħmel il-metro, u dan b’ħafna propaganda. U l-istess fil-Vision 2050 fejn din baqgħet imniżżla bħala TBA – To Be Announced.
Intant, waqt il-programm Alex Borg tkellem dwar diversi proposti li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem u li huma mmirati biex jgħinu lill-poplu Malti u Għawdxi – fosthom iċ-Child Trust Fund, il-proposta tal-4-day week, u l-proposta biex il-VAT għall-catering establishments titnaqqas minn 18% għal 7%
//= $special ?>

