Sport

Dwell bejn il-veterani tal-Floriana u l-MFPA

Floriana telgħu fl-ewwel post tal-Malta Veterans Premier League wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 9-1.

Floriana kif wieħed stenna kienu motivati li jiksbu t-tliet punt sabiex jitilgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika għalkemm għandhom logħba iktar mir-rivali Malta Football Players Association.

Bojan Kaljevic u Manolito Micallef skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Firas Aboulezz skorja darbtejn bil-gowl l-ieħor ta’ Floriana skorjat minn Ryan Darmanin.

Żurrieq skorjaw l-uniku gowl permezz ta’ Bjorn Bondin.

Referee kien Thomas Debono.

B’hekk id-dwell bejn Floriana u MFPA jkompli bil-konfront deċiżiv li jintlagħab fit-23 ta’ April li ġej.

KLASSIFIKA – VETERANS MALTA PREMIER LEAGUE

Floriana 30 punt; Malta Football Players Associtation 28 punt; Gżira United 19 il-punt; Luxol 15-il punt; Rabat 13-il punt; Hibernians 10 punti; Żurrieq Wolves 9 punti; Birkirkara St Helen’s 8 punti.