Sport

Futbol tan-Nisa taħt is-17-il Sena: Malta tegħleb lil Belarus 1-0 b’wirja oħra impressjonanti

It-tim tan-nisa taħt is-17-il sena ta’ Malta kiseb rebħa meritata fuq Belarus bl-iskor  ta’ 1-0 f’logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej li spiċċat ftit tal-ħin ilu fis-Centenary Stadium ta’ Ta’ Qali.

Il-gowl importanti kien skurjat minn Kay Axiaq wara 19-il minutaż u b’din ir-rebħa, Malta konsolidat postha fil-quċċata ta’ Group B1, b’sitt punti minn żewġ logħbiet u b’vantaġġ komdu fuq l-istess Belarus u l-Estonja li t-tnejn għandhom sitt punti

It-tim Malti ħareġ determinat għar-rebħa u, wara l-gowl ta’ Axiaq, irnexxielu jikkontrolla l-vantaġġ b’mod determinat u dixxiplinat, bil-plejers jinterpretaw b’mod perfett il-pjan tattiku tal-kowċ, Clint Tabone.