Lokali Qorti

Ġermaniż jammetti li hedded u kien vjolenti ma’ żewġ persuni fl-Imsida

Ġermaniż ta’ 39 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li attakka żewġ persuni wara leakage f’appartament fl-Imsida.

Tuna Celik ammetta li hedded u kien vjolenti b’arma wara li nqala’ argument minħabba leakage. Skont il-prosekuzzjoni, is-sid tal-flat ċempel amministratur flimkien ma’ plumber biex jindirrzaw leak, u meta waslu fil-post l-imputat allegatament ħareġ fuqhom b’sikkina u heddidhom.

Il-vittmi ma ġarrbu l-ebda ġrieħi għaliex irnexxielhom jaħarbu mill-post.

Wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi fil-każ u anke l-ammissjoni tiegħu, il-Qorti kkundannat lill-imputat għal sentejn priġunierija sospiżi għal erba’ snin. Huwa ġie mmultat ukoll €120 filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur iż-żewġ vittmi.

Għall-akkużat deher l-Avukat Martin Fenech filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Ian Azzopardi. L-avukat Lennox Vella deher parte ċivili.