Sport

Jannik Sinner jirripeti s-suċċess ta’ Roger Federer

Fil-Hard Rock Stadium l-aħħar ġurnata tal-Edizzjoni 2026 tal-Open ta’ Miami. Fil-finali Jannik Sinner għeleb lil Jiri Lehecka f’żewġ sets bla risposta.

Wara dewmien ta’ 90 minuta minħabba x-xita, Jannik Sinner seed numru 2 ma ddiżappuntax fejn kontra s-seed numru 21 Jiri Lehecka tar-Repubblika Ċeka, wara li rebaħ l-ewwel set bla tbatija 6 – 4, fin-nuqqas ta’ reazzjoni minn Lehecka, għalaq ukoll it-tieni set 6 – 4.

B’dan ir-riżultat, wara li aktar qabel kien rebaħ l-Indian Wells,Jannik Sinner sar l-ewwel wieħed mill-2017 li kiseb is-Sinshine Double u rripeta s-suċċess ta’ Roger Federer. Suċċess li wasal ukoll bir-rebħ ta’ 34 set konsekuttiv fl-għola livell ta’ Tournaments ATP.

Intlgħabet ukoll il-finali tad-doubles tal-irġiel u suċċess għal Simone Bolelli u Andrea Vavassori seed numru 7 li għelbu f’żewġ sets lil koppja Harri Heliovaara tal-Fillandja u Henry Patten tar-Renju
Unit. Wara li Bolelli u Vavassori rebħu l-ewwel set 6 – 4 fin-nuqqas ta’ reazzjoni mill-avversarji ddominaw għal kollox it-tieni set li għalqu 6 – 2 .